- DIKJARAZZJONI TAL-PRIVATEZZA
Stqarrija ta’ privatezza għal mistoqsijiet pubbliċi
Ipproċessar ta' mistoqsijiet pubbliċi
X’inhu l-qafas legali tagħna?
Id-data personali kollha tiġi pproċessata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/1725 (“EUDPR”).
Għaliex nipproċessaw data personali?
Id-data personali tiġi pproċessata biex tipprovdi tweġibiet preċiżi u personalizzati għal mistoqsijiet u talbiet għal informazzjoni mill-pubbliku.
Id-data mhijiex se tiġi ppubblikata jew użata għal xi skop ieħor.
X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek?
Id-data personali tiegħek tiġi pproċessata mill-BĊE:
- fit-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku, abbażi tal-Artikolu 5(1)(a) EUDPR, flimkien mal-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
- abbażi ta' obbligu legali li l-BĊE huwa soġġett għalih skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba;
- minħabba li tajt il-kunsens tiegħek għal dan l-ipproċessar billi pprovdejt id-data personali mitluba. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tikkuntattjana kif indikat hawn taħt. L-ipproċessar kollu tal-informazzjoni personali tiegħek jieqaf ladarba tirtira l-kunsens tiegħek; madankollu, kwalunkwe pproċessar li diġà sar jibqa’ legali.
Min hu responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek?
Il-BĊE huwa l-kontrollur tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Id-Diviżjoni tal-Komunikazzjoni Pubblika fid-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tagħna hija responsabbli għal dan l-ipproċessar. ADITO jaġixxi bħala sottoproċessur (ara l-istqarrija ta’ privatezza ta’ ADITO).
Min se jkunu r-riċevituri tad-data personali tiegħek?
Ir-riċevituri tad-data personali tiegħek huma membri tal-persunal fid-Diviżjoni tal-Komunikazzjoni Pubblika.
Liema katergoriji ta’ data personali jinġabru?
Il-BĊE jipproċessa d-data personali li ġejja:
- Isem (titlu, isem, kunjom)
- Dettalji ta’ kuntatt (indirizz postali, indirizz elettroniku, numru tat-telefown)
- Pajjiż
Id-data personali tiegħek (f’forma ċara jew kriptata) se tiġi pproċessata (eż. trasferita, aċċessata jew maħżuna) f’pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali?
Il-BĊE ma jipprevedi l-ebda trasferiment tad-data personali tiegħek lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali.
Il-BĊE, kemm idum iżomm data personali?
Id-data personali tiegħek se tinħażen għal massimu ta’ ħames snin qabel ma din titħassar.
Jekk jogħġbok innota li d-data personali tista’ tinżamm fl-arkivji tal-BĊE f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2023/1610 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Lulju 2023 li tistabbilixxi l-arkivji storiċi tal-Bank Ċentrali Ewropew.
X’inhuma d-drittijiet tiegħek?
Int għandek id-dritt ta’ aċċess għad-data personali tiegħek u li tikkorreġi kwalunkwe data li mhijiex eżatta jew mhijiex kompluta. Għandek ukoll (b'xi limitazzjonijiet) id-dritt li tħassar id-data personali tiegħek u li toġġezzjona għal, jew li tirrestrinġi l-ipproċessar tad-data personali tiegħek f’konformità mal-EUDPR. Il-BĊE jista’ jirrestrinġi d-drittijiet tiegħek biex jissalvagwardja l-interessi u l-objettivi msemmija fl-Artikolu 25(1) tal-EUDPR.
Lil min tista’ tikkuntattja f’każ ta’ mistoqsijiet jew rikjesti?
Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattjana permezz tal- formola ta’ talba għall-informazzjoni.tagħna Tista’ tikkuntattja wkoll direttament lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-BĊE fuq dpo@ecb.europa.eu għall-mistoqsijiet kollha relatati mad-data personali tiegħek.
Biex tikkuntattja l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Jekk inti tal-fehma li d-drittijiet tiegħek skont il-EUDPR inkisru bħala riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek, int għandek id-dritt li tressaq ilment mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe żmien.