Karti tal-flus futuri
Wara 20 sena, wasal iż-żmien li nirrevedu d-dehra tal-karti tal-flus tagħna biex nagħmluhom aktar relatabbli għall-Ewropej ta’ kull età u sfond.
L-ewwel karti tal-flus tal-euro ddaħħlu fl-1 ta’ Jannar 2002. Issa, aktar minn 20 sena wara, qegħdin nippreparaw għal serje ġdida ta’ karti tal-flus. Kemm il-pubbliku kif ukoll esperti qegħdin jipparteċipaw fil-proċess b’mod attiv. Id-deċiżjoni finali dwar it-tema u d-disinni sejra tittieħed mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, bid-data tat-tnedija tas-serje l-ġdida tiġi deċiża f’fażi aktar tard.
Tnieda konkors tad-disinn għall-karti tal-flus futuri tal-euro
Il-BĊE nieda konkors tad-disinn għall-karti tal-flus futuri tal-euro. Disinjaturi grafiċi residenti fl-Unjoni Ewropea huma mistednin jieħdu sehem.
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
Il-proċess ta’ disinn mill-ġdid
F’Diċembru 2021, ħabbarna l-pjanijiet tagħna li niddisinjaw mill-ġdid il-karti tal-flus tal-euro tagħna. Agħti ħarsa lejn il-passi differenti fil-proċess u skopri kif tista’ tikkontribwixxi qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali.
Għaliex għandna bżonn karti tal-flus ġodda?
Qegħdin niżviluppaw karti tal-flus ġodda biex niżguraw li jibqgħu kemm jista’ jkun sikuri, effiċjenti u sostenibbli.
L-istrateġija tal-flus kontanti tal-EurosistemaNisimgħu lill-pubbliku
Fis-sajf tal-2023, għamilna żewġ stħarriġiet dwar il-preferenzi tal-pubbliku fir-rigward tas-seba’ temi proposti mill-Kunsill Governattiv.
Agħti ħarsa lejn ir-rapportQED TFITTEX L-AKTAR TAGĦRIF REĊENTI DWAR IL-KARTI TAL-FLUS FUTURI?