Rapporti finanzjarji ta’ kull ġimgħa
Ir-rapporti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema huma ppubblikati nhar ta’ Tlieta, u jirrigwardaw nhar ta’ Ġimgħa ta’ qabel.
Eċċezzjonijiet għad-dati tal-pubblikazzjoni
Il-jum tal-pubblikazzjoni għall-ewwel rapport finanzjarju ta’ kull trimestru tas-sena normalment ikun nhar ta’ Erbgħa (minflok it-Tlieta) sabiex jitħalla aktar ħin biex titlesta r-rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur ta’ assi u obbligazzjonijiet, li hija riflessa f’dawn ir-rapporti.
Kull meta s-sistema TARGET2 tingħalaq, u b’hekk il-ġurnata inkwistjoni ma tkunx ġurnata ta’ saldu għal tranżazzjonijiet tas-suq monetarju tal-euro u tranżazzjonijiet tal-kambju barrani li jinvolvu l-euro, dak il-jum jitqies bħala jum mhux tan-negozju tal-Eurosistema għal skopijiet ta’ rappurtar finanzjarju. Jekk dawn il-jiem addizzjonali mhux tan-negozju jinzertaw matul il-perjodu ta’ preparazzjoni tar-rapport ta’ kull ġimgħa, dan il-perjodu jiġi estiż kif xieraq.
Id-dati ta’ pubblikazzjoni fl-2024 li huma differenti mir-regola ġenerali:
| Status | Ġimgħa | Data tar-rapportar | Data tal-pubblikazzjoni | Jum tal-ġimgħa | Raġuni |
|---|---|---|---|---|---|
QFS | Ġimgħa 1 | 31 ta' Diċembru 2025 | 7 ta' Jannar 2026 | L-Erbgħa | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru |
QFS | Ġimgħa 14 | 3 ta' April 2026 | 9 ta' April 2026 | Il-Ħamis | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru; jum tal-għeluq ta' TARGET; it-Tnejn ta' wara l-Għid |
QFS | Ġimgħa 27 | 3 ta' Lulju 2026 | 8 ta' Lulju 2026 | L-Erbgħa | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru |
| QFS | Ġimgħa 40 | 2 ta' Ottubru 2026 | 9 ta' Ottubru 2024 | L-Erbgħa | L-ewwel rapport finanzjarju tat-trimestru |