Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-pilota tal-euro diġitali

Dak li nitgħallmu mill-pilota se jiżgura li jekk jiġi introdott l-euro diġitali, dan ikun mgħammar għal kollox biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Ewropej.

Il-BĊE jimmira li jkun lest għall-ewwel ħruġ potenzjali tal-euro diġitali matul l-2029, jekk nassumu li r-Regolament dwar l-euro diġitali jiġi adottat matul l-2026. Biex nippreparaw għal dan kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat operazzjonali u biex nippreparaw il-pedament għal tnedija bla intoppi u sikura, nippjanaw li nniedu pilota ta’ 12-il xahar fit-tieni nofs tal-2027.

Il-BĊE se jiddeċiedi biss fuq jekk joħroġx euro diġitali ladarba r-Regolament ikun ġie adottat, u x-xogħol preparatorju tal-Eurosistema se jibqa’ flessibbli biex jiġi żgurat li jibqa’ allinjat mal-proċess leġiżlattiv.

X’għandek tkun taf

X’inhu l-għan tal-pilota tal-euro diġitali?

Fil-pilota se nivvalutaw verżjoni beta tal-euro diġitali biex nivvalidaw infrastruttura f’sitwazzjonijiet tal-ħajja reali, bħall-għemil ta’ pagamenti f’ħanut jew minn persuna għal oħra. Sejrin niċċekkjaw li s-sistema hija waħda robusta, faċli għall-utent u skalabbli. Ir-riżultati sejrin jappoġġaw ix-xogħol preparatorju li għaddej għall-ħruġ potenzjali ta’ euro diġitali.

Meta se jseħħ?

Il-pilota huwa ppjanat li jibda fit-tieni nofs tal-2027 u se jibqa’ għaddej għal 12-il xahar.

Min se jipparteċipa?

Il-parteċipanti se jinkludu lil PSPs magħżula liċenzjati fiż-żona tal-euro, negozji magħżula, u l-persunal tal-Eurosistema, li se jittestjaw l-euro diġitali beta fis-sitwazzjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum, pereżempju ħlas f’cafeteria jew għal servizzi oħrajn.

Kif tapplika – Fornituri tas-servizzi tal-pagament (PSPs, Payment service providers)

Qed infittxu PSPs biex jieħdu sehem fil-pilota. L-informazzjoni rilevanti u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ kollha rilevanti meħtieġa għat-tħejjija tal-applikazzjoni tiegħek tista’ tinstab fit-tabella ta’ hawn taħt.

Matul il-perjodu tal-applikazzjoni sejrin jinħarġu dokumenti relevanti addizzjonali, inkluż il-ftehim ta’ parteċipazzjoni tal-PSP pilota u l-appendiċijiet tiegħu, u se jitħalla biżżejjed żmien għall-PSPs interessati biex jikkunsidraw l-informazzjoni ppubblikata qabel l-applikazzjoni tagħhom.

Sir af aktar permezz tas-sessjonijiet ta’ fokus tagħna

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Sessjoni fokus għall-PSPs interessati - 20 ta’ Marzu 2026

Sejrin norganizzaw sessjoni online fil-11:00-12:00 CET tal-20 ta’ Marzu 2026 biex nappoġġaw PSPs fil-preparazzjonijiet tagħhom biex iwieġbu għas-sejħa ta’ turija ta’ interess.

Aqra dwar il-programm u ara live

Erġa’ ara: l-aktar sessjoni fokus reċenti dwar il-pilota tal-euro diġitali

Is-sessjoni fokus li saret fil-15 ta’ Jannar 2026 iddeskriviet l-objettivi tal-pilota u l-iskeda ta’ żmien u l-proċess tal-għażla tal-PSPs. L-avveniment kien miftuħ għall-partijiet ikkonċernati kollha interessati f’li jsiru jafu aktar dwar il-pilota tal-euro diġitali, inkluż il-PSPs, il-fornituri tas-servizzi tekniċi, in-negozjant u l-konsumaturi.

Aqra aktar u ara r-reġistrazzjoni

Għandek xi mistoqsijiet dwar il-pilota tal-euro diġitali?

Esplora l-lista sħiħa tagħna ta’ mistoqsijiet komuni u sib it-tweġibiet li għandek bżonn.

Aqra l-FAQs

Jekk il-mistoqsija tiegħek mhijiex koperta, inti tista’ tissottometti mistoqsija ġdida.

Issottometti mistoqsija ġdida

ARA WKOLL

Kulma għandek bżonn tkun taf dwar l-euro diġitali

Aqra aktar dwar l-euro diġitali

Ħarsa ġenerali lejn l-euro diġitali

Tagħrif aktar fil-fond dwar il-proġett tal-euro diġitali

Riżorsi u dokumentazzjoni utli

Il-paġni kollha f’din it-taqsima