Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jħabbar bidliet għall-qafas operazzjonali għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja

13 ta’ Marzu 2024

  • Il-BĊE jikkonkludi rieżami li kien beda f’Diċembru 2022
  • Il-qafas jistabbilixxi kif il-Kunsill Governattiv se jidderieġi r-rati tas-suq monetarju għal żmien qasir b’mod konformi mad-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-politika monetarja hekk kif il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema tinnormalizza

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) illum iddeċieda dwar bidliet għall-qafas operazzjonali għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja sabiex jiġi żgurat li l-qafas jibqa’ xieraq hekk kif il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema tinnormalizza.

F’Diċembru 2022, il-Kunsill Governattiv ħabbar rieżami tal-qafas operazzjonali sabiex jiġu ddireġuti r-rati tal-imgħax għal żmien qasir fiż-żona tal-euro. Id-deċiżjonijiet tallum jistabbilixxu prinċipji u parametri ewlenin għall-implimentazzjoni tal-politika monetarja u sabiex tiġi pprovduta likwidità lill-banek ċentrali hekk kif il-likwidità eċċessiva fis-sistema bankarja, filwaqt li tibqa’ sinifikanti fis-snin li ġejjin, gradwalment tonqos.

“Ninsab kuntenta li nħabbar li l-Kunsill Governattiv approva dawn l-bidliet għall-qafas operazzjonali tiegħu, li jirrikonoxxu l-bidliet sinifikanti fis-sistema finanzjarja u l-politika monetarja fis-snin reċenti,” qalet il-President Christina Lagarde. “Il-qafas se jiżgura li l-implimentazzjoni tal-politika tagħna tibqa’ effettiva, robusta, flessibbli u effiċjenti fil-futur hekk kif il-karta tal-bilanċ tagħna tinnormalizza.”

Għal aktar tagħrif, ara l-istqarrija mil-Kunsill Governattiv.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-media, il-persuna ta’ kuntatt hija Lena-Sophie Demuth, Tel.: +49 162 2952316.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja