Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Ir-risposta tagħna għall-koronavirus (COVID-19)

Żminijiet straordinarji jeħtieġu azzjoni straordinarja. M'hemmx limiti għall-impenn tagħna favur l-euro.

Christine Lagarde, President tal-BĊE

Aħna fil-BĊE waqqafna sett ta’ miżuri ta’ sorveljanza bankarja u ta’ politika monetarja biex itaffu l-impatt tal-pandemija tal-koronavirus fuq l-ekonomija taż-żona tal-euro u biex nappoġġjaw iċ-ċittadini Ewropej kollha.

Ir-rispons tagħna għall-pandemija tal-koronavirus

Il-miżuri tagħna biex nappoġġjaw l-ekonomija taż-żona tal-euro

Għajnuna għall-ekonomija biex tassorbi x-xokk tal-kriżi attwali

Inżommu l-ispiża tas-self f’livell raġonevoli

Nappoġġaw l-aċċess għall-kreditu għall-impriżi u l-familji

Niżguraw li t-tħassib matul żmien qasir ma jwaqqafx l-għoti tas-self

Tiżdied il-kapaċità tal-banek li jsellfu

Nippriżervaw l-istabbiltà finanzjarja permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali

Għajnuna għall-ekonomija biex tassorbi x-xokk tal-kriżi attwali

Il-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP) ta’ €1,850 biljun għandu l-għan li jbaxxi l-ispejjeż tat-teħid ta’ self u jżid l-għoti tas-self fiż-żona tal-euro. Dan imbagħad għandu jgħin liċ-ċittadini, lill-impriżi u lill-gvernijiet jiksbu aċċess għall-fondi li jista' jkollhom bżonn biex jegħlbu l-kriżi. Dan il-programm jikkumplimenta l-programmi ta' xiri ta' assi li ilu fis-seħħ mill-2014.

Aħna nixtru diversi tipi differenti ta’ assi f’dan il-programm. Pereżempju, meta nixtru bonds direttament mill-banek, nagħmlu aktar fondi disponibbli li jistgħu jsellfu lill-familji jew lin-negozji. Aħna nistgħu nixtru wkoll bonds tal-kumpanniji, u nagħtuhom sors addizzjonali ta’ kreditu. Iż-żewġ tipi ta’ xiri jgħinu biex jagħtu spinta lill-infiq u l-investiment, bil-għan li jappoġġjaw it-tkabbir ekonomiku.

Stqarrija għall-istampa: Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja tal-10 ta’ Diċembru 2020 Stqarrija għall-istampa: Deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja tal-4 ta’ Ġunju 2020 Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jħabbar €750 biljun għall-Programm ta’ Xiri tal-Emerġenza Pandemika (PEPP) Spjegazzjoni: kif taħdem il-faċilitazzjoni kwantitattiva

Inżommu l-ispiża tas-self f’livell raġonevoli

Żammejna r-rati ta’ imgħax ewlenin tagħna f’livelli storikament baxxi u għalhekk l-ispejjeż tas-self jibqgħu baxxi.

Ir-rati tagħna jaffettwaw x’inhi l-sipiża għat-teħid ta’ self. Ir-rati baxxi jagħmluha eħfef għan-nies u l-kumpanniji li jissellfu fondi, u għandhom jappoġġjaw l-infiq u l-investiment.

Rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE

Nappoġġaw l-aċċess għall-kreditu għall-impriżi u l-familji

Żidna l-ammont ta’ flus li l-banek jistgħu jissellfu mingħandna u għamilna aktar faċli għalihom li jissellfu speċifikament biex jagħmlu self lil dawk l-aktar milquta mit-tixrid tal-virus, inklużi impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Waħda mill-affarijiet li għamilna biex is-self ikun aktar faċli huwa billi ntaffu l-istandards tagħna għall-kollateral li l-banek jagħtuna bħala forma ta’ assigurazzjoni meta nselfuhom. Qed inwessgħu temporanjament il-lista ta’ assi li l-banek jistgħu jużaw bħala garanzija. Aħna qed inkunu inqas stretti bil-miżura li napplikaw biex niddeterminaw il-valur ta’ dawn l-assi (magħrufa bħala "haircut").

Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jtawwal l-appoġġ permezz ta’ operazzjonijiet ta’ self immirati għal banek li jsellfu lill-ekonomija reali Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jestendi l-operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal waqt l-emerġenza pandemika Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jħabbar l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal waqt l-emerġenza pandemika Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jikkalibra mill-ġdid operazzjonijiet ta’ self immirati biex ikompli jappoġġa l-ekonomija reali Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jħabbar it-taffija tal-kundizzjonijiet għal operazzjonijiet immirati ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal (TLTRO III) Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jħabbar pakkett ta’ miżuri temporanji għat-taffija tal-kollateral Spjegazzjoni: x’inhu kollateral? Spjegazzjoni: x’inhuma haircuts?

Niżguraw li t-tħassib matul żmien qasir ma jwaqqafx l-għoti tas-self

Fi żminijiet ta’ inċertezza kbira, il-banek jistgħu jsibuha aktar diffiċli biex jassiguraw fondi għal bżonnijiet għal żmien qasir. Aħna nimmiraw biex ngħinu ħalli negħlbu kwalunkwe kwistjoni ta’ finanzjament temporanju għall-banek solventi billi joffru għażliet ta' self immedjati b'rati favorevoli. Dan l-appoġġ jgħin lill-banek ikomplu jagħtu self lil ċittadini u impriżi fil-bżonn.

Stqarrija għall-istampa: BĊE jħabbar miżuri ta’ sostenn għall-kundizzjonijiet ta’ likwidità bankarja u l-attività tas-suq monetarju

Tiżdied il-kapaċità tal-banek li jsellfu

Qed inkunu temporanjament inqas stretti dwar l-ammont ta’ fondi, jew “kapital”, li l-banek huma meħtieġa li jżommu bħala lqugħ għal żminijiet diffiċli. Qed nagħtu wkoll aktar flessibilità lill-banek fuq l-iskedi ta’ żmien, l-iskadenzi u l-proċeduri superviżorji.

Dawn il-miżuri kollha jgħinu lill-banek taż-żona tal-euro jiffokaw fuq ir-rrwol vitali tagħhom bħala selliefa matul dan il-perjodu straordinarju. Il-banek huma mistennija li jużaw kwalunkwe fondi meħlusa biex jassorbu t-telf u jappoġġjaw l-ekonomija, u biex ma jħallsux dividendi.

Stqarrija għall-istampa: Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi kapital temporanju u taffija operattiva b’reazzjoni għall-koronavirus Stqarrija għall-istampa: Is-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE tipprovdi iktar flessibbiltà lill-banek b’reazzjoni għall-koronavirus Stqarrija għall-istampa: Il-BĊE jitlob lill-banek biex ma jħallsux dividendi sa mill-inqas Ottubru 2020 Superviżjoni Bankarja tal- BĊE

Nippriżervaw l-istabbiltà finanzjarja permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali

Il-banek ċentrali madwar id-dinja għandhom riżervi ta’ muniti li mhumiex tagħhom. Dan għaliex il-banek domestiċi tagħhom jagħmlu wkoll negozju f’dawn il-muniti, u b’hekk xi kultant jeħtieġu self f’munita barranija matul in-negozju ta’ kuljum.

Fi żminijiet ta’ inċertezza kbira, id-domanda tal-klijenti għal assi f’munita barranija tista’ tiżdied. Jekk il-banek m'għandhomx biżżejjed riservi ta’ munita barranija biex jissodisfaw domanda akbar, is-swieq jistgħu jsiru instabbli. Allura l-banek ċentrali waqqfu l-hekk imsejħa linji swap ta’ munita. Dawn il-linji swap iħallu lill-banek ċentrali ta’ pajjiż jibdlu r-riservi tal-munita nazzjonali tagħhom ma’ dawk tal-bank ċentrali ta’ pajjiż ieħor – u b'hekk jiżguraw li l-banek ċentrali jkunu jistgħu jissodisfaw żieda fid-domanda.

Reċentement attivajna mill-ġdid il-linji swap u tejjibna l-linji swap eżistenti ma’ banek ċentrali madwar id-dinja b’reazzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli attwali.

Stqarrijiet għall-istampa u informazzjoni oħra dwar linji swap Spjegazzjoni: x’inhuma l-linji swap tal-munita
Nantiċipaw dak li għandu jsir

Segwi s-seminars ta’ riċerka tagħna fuq il-koronavirus

Biex nissieltu l-isfidi l-ġodda neħtieġu tagħrif mir-riċerka. Huwa għalhekk li nistiednu akkademiċi ewlenin mill-oqsma tal-ekonomija, l-epidemjoloġija, id-demografija, il-finanzi, u l-politika pubblika biex joffru l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kriżi u l-implikazzjonijiet tal-pandemija għall-banek ċentrali fil-webinars COVID-19 tal-BĊE.

Playlist tal-webinar tal-COVID-19 fuq YouTube Konferenzi u seminari li ġejjin