Il-Kroazja
Il-Kroazja għażlet erba' disinji għan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro, kollha juru l-mudell distintiv tal-iskakkiera Kroata fl-isfond. Fuq il-muniti kollha jidhru t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
INSERTED BY ANONYMOUS PROXY
Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_2euro.jpg)
€2
Il-munita ta’ €2 fiha mappa tal-Kroazja fuq sfond ta’ skakkiera. Id-disinn, minn Ivan Šivak, jinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: “O LIJEPA O DRAGA O SLATKA SLOBODO” (“O sabiħa, o għażiża u o ħelwa libertà”), li hija parti integrali mid-dramm famuż Dubravka ta’ Ivan Gundulić.
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_1euro.jpg)
€1
Il-munita tal-€1 turi martora fuq sfond ta’ skakkiera u ġiet iddisinjata minn Jagor Šunde, David Čemeljić u Fran Zekan. Il-martora hija mammiferu żgħir li sellef ismu lill-munita preċedenti tal-pajjiż, il-kuna. Id-disinn jinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_50cent.jpg)
50 ċenteżmu
Il-munita tal-50 ċenteżmu fiha xbieha tal-inventur u inġinier Nikola Tesla, li żviluppa teknoloġija tal-kurrent alternat. Il-munita ġiet iddisinjata minn Ivan Domagoj Račić u tinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_20cent.jpg)
20 ċenteżmu
Il-munita tal-20 ċenteżmu fiha xbieha tal-inventur u inġinier Nikola Tesla, li żviluppa teknoloġija tal-kurrent alternat. Il-munita ġiet iddisinjata minn Ivan Domagoj Račić u tinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_10cent.jpg)
10 ċenteżmi
Il-munita tal-10 ċenteżmi fiha xbieha tal-inventur u inġinier, Nikola Tesla, li żviluppa teknoloġija tal-kurrent alternat. Il-munita ġiet iddisinjata minn Ivan Domagoj Račić u tinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_5cent.jpg)
5 ċenteżmi
Il-munita ta’ 5 ċenteżmi turi motif tal-ittri “HR” fl-iskritt Glagolitiku angolari. L-alfabett Glagolitiku huwa l-eqdem kitba Slavika magħrufa u ntuża fil-Kroazja sas-seklu 19. Il-munita ġiet iddisinjata minn Maja Škripelj u tinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_2cent.jpg)
2 ċenteżmi
Il-munita ta’ 2 ċenteżmi turi motif tal-ittri “HR” fl-iskritt Glagolitiku angolari. L-alfabett Glagolitiku huwa l-eqdem kitba Slavika magħrufa u ntuża fil-Kroazja sas-seklu 19. Il-munita ġiet iddisinjata minn Maja Škripelj u tinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.
![](/euro/coins/common/shared/img/hr/Croatia_1cent.jpg)
1 ċenteżmu
Il-munita ta’ 1 ċenteżmu turi motif tal-ittri “HR” fl-iskritt Glagolitiku angolari. L-alfabett Glagolitiku huwa l-eqdem kitba Slavika magħrufa u ntuża fil-Kroazja sas-seklu 19. Il-munita ġiet iddisinjata minn Maja Škripelj u tinkludi s-sena tal-ħruġ u l-iskrizzjoni “HRVATSKA”, l-isem tal-pajjiż bil-Kroat.