Jum l-Ewropa
L-Ewropa hija mibnija permezz tal-għaqda, pass wara pass, f'atti sodi ta’ paċi.
Jum l-Ewropa, li jiġi ċċelebrat kull sena fid-9 ta’ Mejju, jagħti ġih lill-paċi u l-għaqda madwar il-kontinent. Id-data tikkommemora l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni storika ta’ Schuman, meta l-ministru għall-affarijiet barranin Franċiż Robert Schuman ippreżenta mudell ġdid għall-kooperazzjoni politika fl-Ewropa. Il-viżjoni tiegħu kienet li l-gwerra bejn in-nazzjonijiet Ewropej issir “mhux biss inkonċepibbli, iżda materjalment impossibbli”. Din l-inizjattiva kuraġġuża hija meqjusa b’mod estensiv bħala l-punt tat-tluq ta’ dik li fl-aħħar mill-aħħar saret l-Unjoni Ewropea.
Biex jikkommemora l-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Schuman,il-BĊEse jipproġetta wirja tad-dwal fuq in-naħa tal-punent tal-Grossmarkthalle. Din se tkun tidher wara li jidlam fid-9 u l-10 ta' Mejju.
Europa-Fest fi Frankfurt
Fl-10 ta’ Mejju l-BĊE se jipparteċipa fl-Europa-Fest, flimkien ma’ żewġ aġenzji tal-UE bbażati fi Frankfurt – l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus. L-avveniment se jsir fir-Römerberg, il-pjazza tas-suq storika ta’ Frankfurt, fejn il-viżitaturi jistgħu jiltaqgħu u jitkellmu mal-esperti, jesportlaw suġġetti relatati mal-UE u jgawdu logħob interattiv.
Skopri aktar dwar l-Europa FestIl-BĊE fi Brussell
Dakinhar stess, se nkunu wkoll fil-binja Berlaymont fi Brussell għall-avveniment ta’ Jum l-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea, Hemmhekk se jkollok l-opportunità li titgħallem dwar l-euro, tesplora d-disinn il-ġdid tal-karti tal-flus u tiskopri l-proġett tal-euro diġitali. L-esperti tagħna mill-BĊE se jkunu hemmhekk biex iwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek, u tista’ tittestja l-għarfien tiegħek permezz ta’ kwiżżijiet u logħob.
Avvenimenti f’istituzzjonijiet Ewropej oħrajn