Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Kif jagħti rendikont ta’ għemilu l-BĊE?

10 ta' Lulju 2015

Dak li jagħmel il-BĊE jolqot 340 miljun ruħ kif ukoll miljuni ta’ negozji fiż-żona tal-euro, l-aktar id-deċiżjonijiet tagħhom dwar it-tfaddil, l-investiment u s-self. Għalhekk il-BĊE huwa, u jeħtieġlu jkun, responsabbli u jagħmel mill-aħjar biex ifisser għemilu lill-pubbliku u lir-rappreżentanti eletti tal-pubbliku u oħrajn, fosthom il-midja u s-swieq finanzjarji.

Il-BĊE, bħala istituzzjoni tal-UE, irid jagħti rendikont formali liċ-ċittadini tal-Ewropa permezz tal-Parlament Ewropew. Dan ir-rekwiżit huwa stabbilit fit-Trattati tal-Unjoni Ewropea, li jispeċifikaw ukoll il-modi differenti kif jingħata rendikont, fosthom permezz ta’ djalogu regolari bejn il-President tal-BĊE u l-Parlament Ewropew.

Responsabbiltà

Minbarra li jissodisfaw l-obbligi legali, il-membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jeżaminaw regolarment l-iżviluppi ekonomiċi, il-politika monetarja u kwistjonijiet importanti oħra fid-diskorsi u l-intervisti mal-midja. Dawn jiġu ppubblikati, l-iżjed bl-Ingliż, fil-websajt u wħud minnhom jinqalbu f’lingwa jew lingwi oħra. Fl-2015, minbarra l-konferenza stampa li ssir wara kull laqgħa tal-Kunsill Governattiv marbuta mal-politika monetarja, il-BĊE beda jippubblika wkoll rapporti ta’ dawn il-laqgħat biex ikompli jsaħħaħ it-trasparenza tal-azzjonijiet tiegħu.

SEE ALSO

Find out more about related content