Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Flusna

L-euro ġie introdott fl-1 ta' Jannar 1999, meta sar il-munita ta’ iżjed minn 300 miljun ruħ fl-Ewropa. Għall-ewwel tliet snin kien munita inviżibbli, użat biss għal għanijiet ta' kontabilità, jiġifieri f'pagamenti elettroniċi. Il-flus kontanti tal-euro ma ġewx introdotti qabel l-1 ta' Jannar 2002, meta, b'rati fissi ta' konverżjoni, ħadu post il-karti tal-flus u l-muniti nazzjonali bħall-franc Belġjan u l-mark Ġermaniż.

Illum, il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro huma valuta legali fi 20 mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-dipartimenti, it-territorji u l-gżejjer barranin li huma jew parti minn, jew assoċjati ma', pajjiżi taż-żona tal-euro. Dawn il-pajjiżi jiffurmaw iż-żona tal-euro. Il-mikrostati ta' Andorra, Monako, San Marino u l-Belt tal-Vatikan ukoll jużaw l-euro, abbażi ta' arranġament formali mal-Unjoni Ewropea. Il-Montenegro u l-Kosovo wkoll jużaw l-euro, iżda mingħajr arranġament formali. Il-ħlasijiet fi flus kontanti issa jsiru bl-istess munita minn madwar 350 miljun ruħ — il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro saru simbolu tanġibbli tal-integrazzjoni Ewropea.

Il-pajjiżi kollha tal-UE, barra d-Danimarka, li għażlet li tibqa’ barra, huma mistennija jissieħbu fl-unjoni monetarja u jdaħħlu l-euro hekk kif jissodisfaw il-kriterji tal-konverġenza.

Mappa interattiva taż-żona tal-euro

Esplora din il-mappa interattiva u t-tabelli hawn taħt biex issir taf liema pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma parti miż-żona tal-euro, kif ukoll meta bdew jużaw l-euro.

Jekk jogħġbok agħżel pajjiż.

Awstrija

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1995

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Belġju

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Bulgarija

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2007

Ċipru

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2008

Repubblika Ċeka

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Ġermanja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Danimarka

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1973

Estonja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2011

Spanja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1986

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Finlandja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1995

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Franza

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Greċja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1981

Daħħal l-euro fl-2001 (flus kontanti mill-2002)

Kroazja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2013

Daħħal l-euro fl-2023

Ungerija

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Irlanda

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1973

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Italja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Litwanja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2015

Lussemburgu

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Latvja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2014

Monako

Pajjiż mhux fl-UE

Malta

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2008

Olanda

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru fundatur tal-UE mill-1957

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Polonja

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Portugall

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1986

Daħħal l-euro fl-1999 (flus kontanti mill-2002)

Rumanija

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2007

Svezja

Membru tal-UE barra ż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-1995

Slovenja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2007

Slovakkja

Membru tal-UE fiż-żona tal-euro

Membru tal-UE mill-2004

Daħħal l-euro fl-2009

San Marino

Pajjiż mhux fl-UE

Membri tal-Unjoni Ewropea u taż-żona tal-euro

Membri tal-Unjoni Ewropea li jużaw l-euro
Pajjiż Ingħaqad fl-UE Adotta l-euro
Awstrija 1995 1999 (flus kontanti mill-2002)
Belġju 1957 1999 (flus kontanti mill-2002)
Kroazja 2013 2023
Ċipru 2004 2008
Estonja 2004 2011
Finlandja 1995 1999 (flus kontanti mill-2002)
Franza 1957 1999 (flus kontanti mill-2002)
Ġermanja 1957 1999 (flus kontanti mill-2002)
Greċja 1981 2001 (flus kontanti mill-2002)
Irlanda 1973 1999 (flus kontanti mill-2002)
Italja 1957 1999 (flus kontanti mill-2002)
Latvja 2004 2014
Litwanja 2004 2015
Lussemburgu 1957 1999 (flus kontanti mill-2002)
Malta 2004 2008
Olanda 1957 1999 (flus kontanti mill-2002)
Portugall 1986 1999 (flus kontanti mill-2002)
Slovakkja 2004 2009
Slovenja 2004 2007
Spanja 1986 1999 (flus kontanti mill-2002)
Membri tal-Unjoni Ewropea li ma jużawx l-euro
Pajjiż Ingħaqad fl-UE
Bulgarija 2007
Repubblika Ċeka 2004
Danimarka 1973
Ungerija 2004
Polonja 2004
Rumanija 2007
Svezja 1995

Ir-Renju Unit, li kien membru tal-Unjoni Ewropea mill-1973 sal-2020, ma użax l-euro.

Rati fissi ta’ konverżjoni tal-euro

Munita
1 BEF 40.3399 (franki Belġjani)
1 DEM 1.95583 (Deutsche Mark)
1 EEK 15.6466 (kroon Estonjan)
1 IEP .787564 (lira Irlandiża)
1 GRD 340.750 (drachmas Griegi)
1 ESP 166.386 (pesetas Spanjoli)
1 CYP 0.585274 (lira Ċiprijotti)
1 FRF 6.55957 (franki Franċiżi)
1 HRK 7.53450 (Kuna Kroata)
1 ITL 1936.27 (liri Taljani)
1 LVL 0.702804 (lats Latvjan)
1 LTL 3.45280 (litas Litwani)
1 LUF 40.3399 (francs tal-Lussemburgu)
1 MTL 0.429300 (lira Maltija)
1 NLG 2.20371 (guilders Olandiżi)
1 ATS 13.7603 (schillings Awstrijaċi)
1 PTE 200.482 (escudos Portugiżi)
1 SIT 239.640 (tolar Sloveni)
1 SKK 30.1260 (Koruna Slovakka)
1 FIM 5.94573 (markkas Finlandiżi)

Kemm verament taf dwar l-euro?

Ħu sehem fil-kwiżż tagħna u ara kemm taf dwar l-euro (u l-Bank Ċentrali Ewropew).

Il-paġni kollha f’din it-taqsima